This website uses cookies. By using this website you agree to our terms. This website uses cookies, learn more
add listing

Gew L-Ghasafar Jghiduli

€ 7.00

Description

Ġew L-Għasafar Jgħiduli
New - shop stock
Reduced
Ġew l-Għasafar Jgħiduli hija ġabra ta’ titli u xi spunti għall-kitba fil-livell primarju.
Fil-qofol tiegħu, dan il-ktieb fih aktar minn 1000 titlu u spunt għall-kitba, maqsum f’24 tema popolari fil-livell primarju. B’hekk, it-tfal ikollhom l-opportunita li jiktbu fuq dak li jafu u jinteressahom mill-viċin, u, ġieli b’għajnuna, jimirħu u jesploraw dak li hu ġdid, mhux tas-soltu jew kreattiv.
Għall-għalliema dan il-ktieb fih ukoll:
Informazzjoni konċiża u aġġornata dwar il-proċess tal-kitba
Introduzzjoni sempliċi għal varjeta ta’ organiżżaturi grafiċi
Formoli biex jiddokumentaw b’ħeffa dak li jsir fil-lezzjoni tal-kitba
Dawn l-ideat friski għandhom jgħinu lill-għalliema jiskopru mill-ġdid il-gost tat-tagħlim tal-ħila tal-kitba, mill-bidu nett, minn dik ix-xrara ewlenija.
B’hekk, l-istudenti jgawdu huma wkoll minn dan in-nifs kreattiv u innovattiv li pass wara pass jgħinhom isiru kittieba.
Terence Portelli hu lekċerer tal-Pedagoġija tal-Malti fil-Fakulta tal-Edukazzjoni, l-Universita ta’ Malta.

Item Details

9755413
29
Books
09/05/2024
New

Featured Listings

sell faster!

make your listing featured and get 10x more viewers

more
  FEEDBACK