This website uses cookies. By using this website you agree to our terms. This website uses cookies, learn more
add listing

Persuna ghall-Manutenzjoni u d-Deliveries

ROCS Group

ROCS Group qieghda tfittex persuna motivata u habrieka biex tahdem bhala parti mit-tim tal-manutenzjoni taghha. ROCS ghandha diversi binjiet, hwienet u ufficini madwar Malta, u tehtieg persuna b’attitudni pozittiva li lesta taghti s-sapport lid-diversi divizjonijiet taghha.

Il-persuna li se tintghazel trid tkun taf tahdem f’tim, izda wkoll fuq bazi indipendenti, b’livell minimu ta’ edukazzjoni ta’ O-Level, u li trid tkun thossha komda tikkomunika bl-Ingliz u bil-Malti. Il-kandidati li se japplikaw ghandu jkollhom licenzja tas-sewqan valida u kondotta tal-Pulizija nadifa.

F’dan ir-rwol, il-persuna maghzula se tuza vetturi tal-kumpanija, u ghaldaqstant ghandha zzomm records tal-uzu tal-vetturi, kif ukoll ircevuti relatati maghhom. Il-vetturi tal-kumpanija ghandhom jintuzaw biss meta l-persuna tkun qieghda twassal hwejjeg u oggetti tal-kumpanija, jew nies relatati mal-kumpanija fuq ordnijiet tas-superjuri taghha.

Il-persuna maghzula tista’ tkun imsejha ghax-xoghol barra mill-hinijiet tal-ufficcju, u esperjenza f’xoghol simili hija mehtiega. Il-pakkett finanzjarju li se jigi offrut huwa wiehed attraenti.

L-uzu ta’ termini fil-femminil japplika ghall-generi kollha.

Share

Qualifications

Esperjenza f’dawn l-oqsma hi ta’ vantagg:
- Manutenzjoni bazika ta’ djar, ufficini, taghmir u ghamara;
- Manutenzjoni bazika ta’ karozzi u li dawn jinzammu b’mod sigur u nodfa b’tindif minn gewwa u tehid ghal manutenzjoni professjonali;
- Plastering (tikhil), tibjid, u tqeghid ta’ madum;
- Tehid ta’ azzjoni korrettiva fejn jidhlu problemi fis-sistemi tal-elettriku;
- Tehid ta’ azzjoni korrettiva fejn jidhlu problemi fis-sistemi tal-ilma;
- Ippjanar ghall-manutenzjoni regolari ta’ bini, karozzi, u taghmir;
- Manutenzjoni bazika bhal tindif ta’ air conditioners;
- Xoghol fl-injam bhall-manifattura u l-manutenzjoni ta’ ghamara jew aperturi;
- Sewqan b’deliveries, inkluz li persuna thott u tqieghed oggetti u kaxxi;
- Xoghol relatat ma stock keeping;
- Interazzjoni ma' klijenti tal-kumpanija biex tikseb hlas, firem, ecc u biex taghti l-ircevuti relatati maghhom.

Full Time
Attractive
2
13/06/2019
23/06/2019
87442
ROCS20364
APPLY FOR THIS JOB

Applications for this vacancy are closed now.

sell faster!

make your listing featured and get 10x more viewers

more
  FEEDBACK