Maltapark.com - SEJHA GHALL-KIRJA TAL-BAR TAL-GHAQDA MUZIKALI SAN
Advertisement
Your Cart (0)
Home Search: searchAdd a Listing
€ 11,000
SEJHA GHALL-KIRJA TAL-BAR TAL-GHAQDA MUZIKALI SAN
Report Abuse

Item # 6500062

  • Food & Wine
  • hbra
  • New
  • 12/9/2017
  • 10/10/2017
  • 67
telephone
SAFETY TIP
Be cautious when dealing with foreign sellers. NEVER EVER pay by wire transfer (Western Union etc.) and report any users who request such payments.
This notice appears on all listings and does not imply anything about this particular listing.
Advertisement

Description

SEJĦA GĦALL-KIRJA TAL-BAR
TAL-GĦAQDA MUŻIKALI SANT’ELENA

Il-Kumitat tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara qed isejjaħ lil dawk li huma interessati li jipprovdu s-servizzi meħtieġa fil-bar sabiex jimlew l-applikazzjoni li tkopri l-kirja tal-bar mill-2 ta’ Ottubru 2017 sal-30 ta’ Settembru 2020, flimkien ma’ kopja tar-regolamenti tal-kuntratt għall-użu tagħhom.

L-applikazzjonijiet (kull applikazzjoni fiha żewġ faċċati), flimkien ma’ kopja tar-regolamenti, jistgħu jinġabru mill-każin bejn it-Tnejn, 11 ta’ Settembru, u t-Tlieta, 26 ta’ Settembru, 2017. L-applikazzjonijiet iridu jinxteħtu sal-Erbgha 27 ta’ Settembru sas-7.00 pm. Applikazzjonijiet li jinxteħtu wara d-data u sal-ħin kif stipulati ma jkunux ikkunsidrati fil-proċess tal-għażla tal-barman.

Kull min japplika irid jaċċerta ruħu li jkun imsieħeb jew jissieħeb mal-Għaqda Mużikali Sant’Elena sa mhux aktar tard mil-Erbgħa, 27 ta’ Settembru, 2017, sas-7.00 pm. Applikanti li ma jkunux imsieħba (membri) sa’ din id-data u l-ħin, ma jistax ikollhom l-applikazzjoni tagħhom meqjusa mill-kumitat fl-għażla tal-barman.

Kull min jixħet l-applikazzjoni irid iħallas ħamsa w għoxrin Ewro (€25) bħala ħlas tal-applikazzjoni.

L-applikanti kollha jintrabtu li jiltaqgħu individwalment mal-kumitat għall-iskrutinju tal-applikazzjoni tagħhom f’xi ħin li jingħatalhom mill-kumitat il-Ħamis, 28 ta’ Settembru 2017.

Featured Listings